Il-Kamra tal-Kummerċ tinsisti għal moralità fiskali

Il-Kamra tal-Kummerċ enfasizzat li l-Gvern għandu jagħmel minn kollox biex idaħħal mentalità ta’ moralità fiskali fis-settur pubbliku u f’min iħallas it-taxxa, u insistiet li ma jistax ikun li s-sitwazzjoni fil-pajjiż ma titjiebx.
Il-Kamra saħqet li waqt li hi dejjem enfasizzat mal-membri tagħha biex jirrispettaw ir-regoli finanzjarji u r-responsabiltajiet legali, jidher li s-settur pubbliku qed ibati minn nuqqas ta’ koordinazzjoni u fl-aħħar qed jispiċċa dejjem iħallas iċ-ċittadin.
Insistiet li għandu jkun l-istat li jagħti eżempju tajjeb.
Il-Kamra qalet li hi mħassba dwar l-aħħar rivelazzjonijiet ta’ abbuż, tmexxija ħażina, deċiżjonijiet dubjużi u kunflitti ta’ interess u qalet li s-sitwazzjoni tidher li spiċċat bla kontroll.