Il-Kamra tal-Kummerċ taqbel mal-posponiment tal-vawċers tal-Gvern

silvio schembri vouchers
Miguela Xuereb

Il-Kamra tal-Kummerċ qablet mad-deċiżjoni tal-Gvern li jipposponi l-ħruġ tal-vawċers għall-ġid tas-saħħa pubblika.

Fi stqarrija lbieraħ, il-Ministeru għall-Ekonomija qal li huwa tal-fehma li l-vawċers għandhom jinħarġu wara proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati.

Il-Kamra ħarġet stqarrija dalgħodu li fiha qalet li hija żżomm mal-pożizzjoni li kull deċiżjoni li tittieħed għandha tirrifletti li l-prijorità hi s-saħħa pubblika. Għalhekk, tqis li huwa għaqli li l-vawċers jinħarġu aktar ‘il quddiem, meta s-sitwazzjoni tal-coronavirus f’Malta tkun ikkalmat xi ftit.

Temmet tgħid li filwaqt li n-negozji qed jistennew il-ħruġ tal-vawċers bi ħġarhom, għax dawn għandhom jgħinu l-ekonomija, is-sigurtà pubblika għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn