Il-kampjonati tal-basketball bla rebbieħa din is-sena

L-Assoċjazzjoni tal-Basketball f’Malta ħabbret li din is-sena l-ebda tim mhu se jiġi rikonoxxut bħala r-rebbieħ tal-league tiegħu.

Fi stqarrija l-MBA qalet li din id-deċiżjoni tapplika għal kull kategorija mill-kategorija Senior għall-dik ta’ taħt l-14-il sena.

L-MBA fakkret li s-senior leagues għall-istaġun 2019/2020 ġew ikkanċellati. Illum ġie deċiż li l-logħob kollu li fadal se jitħassar ukoll. Dan ifisser li l-istaġun 2019/2020 ingħalaq mingħajr rebbieħa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn