Il-kampjonati kollha tal-handball tan-nisa mirbuħha mit-timijiet ta’ Kavallieri

It-timijiet tal-Handball tan-nisa ta’ Kavallieri irnexxielhom jirbħu t-tazzi kollha; il-kampjonati ta’ taħt il-15, is-17 u l-21 sena kif ukoll il-kampjonat tal-adulti u n-Knock Out.

It-tim tal-adulti rnexxielhom jirbħu l-league tal-Ewwel Diviżjoni wara li kienu ilhom erba’ snin f’dan il-grupp. Tul il-kampjonat kollu, tilfu biss logħba waħda. It-tim ta’ taħt is-17-il sena ilhom jirbħu dan it-titlu sa mill-2010 u din is-sena rnexxielhom jirbħuh mingħajr ma tilfu logħba waħda. It-timijiet ta’ taħt il-15-il sena u l-21 sena ukoll baqgħu ma tilfux logħba sal-aħħar tal-kampjonat.