Il-kampjonat Tork sospiż għall-ġimgħa

Il-federazzjoni Torka tal-futbol iddeċidiet li tissospendi l-kampjonat għall-ġimgħa, wara l-inċidenti ta’ nhar is-Sibt li għadda.
Nhar is-Sibt filgħaxija l-pullman tat-tim ta’ Fenerbahce ġie attakat b’tiri ta’ arma tan-nar minn grupp ta’ rġiel li ferrew lix-xufier.
Fenerbache kienu ġejjin minn rebħa ta’ 5-1, barra minn darhom għand Trabzonspor.
Deċiżjoni simili kienet ittieħdet xahrejn ilu fil-Greċja, minħabba ġlied li nqala’ waqt il-logħba bejn Olypiakos u Panathinaikos.