Il-kampjonat Taljan tas-Serie A se jibda b’Milan kontra Lazio

Nhar Il-Ħadd 31 ta’ Awwissu se jibda mill-ġdid il-kampjonat Taljan tas-Serie A, bl-ewwel logħba kbira tkun dik bejn Milan u Lazio.
Il-logħbiet l-oħra tal-ewwel ġurnata huma:
Atalanta vs Hellas Verona
Cesena vs Parma
Chievo Verona vs Juventus
Genoa vs Napoli
Palermo vs Sampdoria
Roma vs Fiorentina
Sassuolo vs Cagliari
Torino vs Inter
Udinese vs Empoli
L-aħħar logħba tal-kampjonat tkun fil-31 ta’ Mejju tas-sena d-dieħla.
It-timijiet Taljani nvoluti fl-Ewropa huma Juventus, Roma u Napoli fiċ-Champions League, filwaqt li Fiorentina, Inter u Torino se jkunu fl-Europa League.