Il-Kampjonat Premier mistenni jibda f’Settembru

Ritratt: Domenic Aquilina/MFA

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Football Association ilbieraħ approva l-protokoll aġġornat dwar il-COVID-19 għall-Kampjonat Premier BOV 2020/21 u l-BOV Challenge League.

Suġġett għall-approvazzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, il-Kampjonat BOV Premier issa huwa allokat biex jibda fi tmien il-ġimgħa bejn id-19 u l-21 ta’ Settembru 2020, ġimgħa wara milli kien skedat oriġinarjament. Il-Kampjonat BOV Challenge League hu mistenni li  jibda fil-weekend ta’ wara, bejn il-25-27 ta’ Settembru

Il-protokoll, li kien ippreżentat lill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, jidħol fid-dettall dwar diversi aspetti tas-saħħa fosthom li jkun hemm ittestjar regolari waqt u anki barra matul il-kompetizzjonijiet, miżuri sanitarji u materji oħra.