Il-kampanja ‘Everyone’s a winner’ mill-ġdid għand il-Pizza Hut

Read in English.

Għal darb’oħra Pizza Hut nediet il-kampanja promozzjonali li biha kulħadd huwa rebbieħ. Matul Awwissu u Settembru 2019 kull min imur f’wieħed mir-restoranti ta’ Pizza Hut Malta u jonfoq €10 jew aktar jingħata envelopp b’rigal garantit fih.

Il-proċedura hija faċli… kul f’wieħed mir-restoranti tal-Pizza Hut, jew ordna take-away jew delivery minn pizzahut.com.mt, u tingħata envelopp issiġillat. Erġa’ mur il-Pizza Hut f’Ottubru u f’Novembru bl-envelopp li tkun ingħatajt issiġillat u l-manager jiftaħhulek biex tiskopri r-rigal tiegħek.

“Dis-sena sseħibna mal-Forestals, li huma l-isponsors ewlenin tal-kampanja. Kuntenti li fost il-premjijiet ta’ din is-sena għandna iPhone XR, Sony TV, iRobot Roomba Vacuum Cleaner, Segway Electric Scooter, KitchenAid Mixer, u PlayStation Pro b’logħba,” qal l-Uffiċjal Eżekuttiv tal-Marketing tal-Pizza Hut, Mikhail Schembri.

Minbarra dawn il-premjijiet kbar, il-Pizza Hut se tqassam ukoll pitchers tal-Pepsi u ċ-Cisk, vouchers tal-ikel u premjijiet oħrajn.

Kurt Micallef, il-Manager tan-Negozju ta’ Food Chain Limited, żied li “l-Pizza Hut tħobb tippremja lill-klijenti għal-lealtà tagħhom permezz ta’ kampanji promozzjonali bħal dawn.”

Ara l-paġna www.facebook.com/pizzahutmalta għad-dettalji, it-termini u l-kundizzjonijiet kollha.

Food Chain Limited hi membru tal-Grupp Farsons u topera l-marka Pizza Hut f’Malta.