Il-Kalkara Roża għall-Pink October

Għall-ewwel darba x-xatt tal-Kalkara ħa kulur ieħor wara li s-Sindku l-ġdid Wayne Aquilina ħa l-inizjattiva li jixgħel mat-80 globu ta’ kulur roża li jdawwru d-dawra tax-xatt tal-Kalkara, fejn illejla  din id-dawra se tkun parti mir-rotta tal-Pink October Night Walk li se titmexxa llejla mis-Sinjura Michele Muscat.

Din il-mixja se tibda minn quddiem l-Esplora fil-Kalkara u tintemm fil-pjazza tal-Birgu.

Għal din l-inizjattiva, fix-xatt tal-Kalkara, b’dawl roża pparteċipat ukoll il-Paroċċa dedikata lil San Ġużepp, fejn għall-ewwel darba l-faċċata maestuża tal-Knisja nxtelgħet roża pparteċipaw ukoll l-Għaqda mużikali San Ġużepp, fejn il-faċċata tal-każin ukoll ħadet dehra roża.

Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina saħaq li huma jinsabu kburin li llejla l-Kalkara se tospita fi ħdana din il-mixja nazzjonali li l-għan tagħha huwa wieħed, biex flimkien jitkabbar l-għarfien dwar l-importanza li persuna tmur tiċċekkja lilha nfisha bħala prekawzjoni mill-kanċer tas-sider.

“Għal dan il-għan, din is-sena, għall-ewwel darba, ix-xatt sabiħ tar-raħal tagħna ħa dehra differenti u xegħlna mat-80 globu kollu roża. Nirringrazzja wkoll lill-Kappillan li xegħel anki l-faċċata u l-koppla tal-Paroċċa sabiħa tagħna u lil Għaqda San Ġużepp li xegħlu l-faċċata tagħhom minn fejn se tgħaddi l-mixja. Dan jawgura tajjeb biex inizjattivi bħal dawn il-Kalkara ssemma’ leħinha wkoll,” temm igħid Wayne Aquilina.

Il-mixja tal-Pink October minn The Marigold Foundation.

Ir-reġistrazzjoni għall-parteċipazzjoni għall-attivitajiet u l-mixja tal-lejla jsiru fis-6pm. Se jkun hemm shuttle servuzz mill-grawnd tal-Fortini li jinsab f’nofs ir-rotta viċin ħafna minn fejn tibda u aki fejn tispiċċa l-mixja.

Fit-8pm ikun hemm jkun hemm sessjoni tal-warm up u fitness biex il-mixja tibda fit-8.30pm.

Mat-tmiem il-mixja fil-pjazza tal-Birgu se jkun hemm mużika u divertiment minn Ozzy Lino.