Aġġornata bir-ritratti: Il-kafetterija taz-zoo ta’ Londra tieħu n-nar

Il-kafetterija fiz-zoo ta' Londra ħadet in-nar.
Il-post ġie evakwat min-nies hekk kif 10 vetturi tat-tifi tan-nar u aktar minn 70 pumpier jinsabu fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.
In-nar żviluppa ftit wara s-6am viċin fejn jinżammu l-iġmla fiz-zoo.
Kelliem għall-kumpless qal mal-midja internazzjonali li l-ebda persuna jew annimal ma weġġa'.
Madanakollu diversi ħaddiema taz-zoo ġew mogħtija l-assistenza medika fuq il-post minħabba d-dħaħen.
Aktar tard fuq Twitter l-amministrazzjoni taz-zoo ħabbret li l-kumpless mhux se jkun miftuħ għall-pubbliku sakemm issir investigazzjoni u t-tiswijiet neċessarji.
Għadu mhux magħruf x'ikkawża dan l-inċident.