Il-kumpanija Coca-Cola mistennija tixtri l-kumpanija Costa Coffee, mingħand Whitbread għal €4.3 biljuni. Dan sabiex Whitbread tkun tista’ tiffoka iktar fuq il-kumpanija Premier Inn fl-Ingilterra u l-Ġermanja. Il-flus li jidħlu mill-bejgħ ta’ Costa se jmorru sabiex tespandi l-katina Premier Inn, biex jingħataw flus lill-azzjonisti filwaqt li anke jinqata’ xi dejn.
Costa, l-ikbar katina tal-kafè fl-Ingilterra kienet inxtrat għal €21.2 miljun fl-1995. Dak iż-żmien kellha biss 39 ħanut, u llum tlaħħaq iktar minn 2,400 ħwienet tal-kafè fl-Ingilterra u 1,400 f’pajjiżi oħra. Apparti dan, Costa Express għandha 8,237 magna awtomatika madwar id-dinja.
Intant il-kumpanija Coca-Cola xtaqet tixtri Costa biex il-kafè jsir parti mis-selezzjoni tagħhom.