​Il-kafè jnaqqas il-kanċer

Studju fl-Italja juri li l-irġiel li jieħdu aktar minn tlieta kafè kuljum jistgħu jnaqqsu r-riskju ta’ kanċer tal-prostata.
Ir-riċerka turi li xarba sħuna kafè tħalli effett protettiv kontra l-kanċer u dawk l-irġiel li jixorbu aktar minn tliet kikkri kuljum ikollhom 53% inqas riskju li jimirdu bil-kanċer fil-prostata.
L-istudju, li ġie kkonfermat b’testijiet f’laboratorju, sar fuq medda ta’ erba’ snin, fost 7,000 persuna.
Ir-riċerka saret minn Dipartimenti tas-Saħħa u r-Riċerka f’Pozzilli u f’Ruma.