Il-kaċċaturi u n-nassaba bi kwestjonarju għall-kandidati MEPs

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qed tibgħat kwestjonarju u manifest lill-Kandidati għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju 2019.

Il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea li huma membri tal-FACE (Il-Federazzjoni Ewropea tal-Kaċċa u Konservazzjoni), bħall-FKNK, li ilha membru għal dawn l-aħħar 31 sena, qegħdin iwettqu dan l-istess eżerċizzju.

Jekk xi kandidat ma’ jirċevix dan il-kwestjonarju u l-manifest jista’ jikkuntatja lill-FKNK billi jibgħat email fuq info@huntinginmalta.org.mt