Il-kaċċaturi jitolbu li Birdlife ma tibqax fil-kumitat Ornis

L-Għaqda tal-Kaċċaturi San Ubertu qed titlob lill-Gvern biex matul il-kumitat tal-Ornis, Birdlife Malta tiġi sostitwità minn soċjetà ornitoloġika oħra.

L-assoċjazzjoni qalet dan f’reazzjoni ta’ dak li qalet Birdlife Malta matul il-laqgħa tal-kumitat li kien qed jiddiskuti l-insib fir-Rebbiegħa. L-Għaqda Kaċċaturi San Ubertu qalet li l-fatt li membri minn Birdlife Malta telqu ‘l barra mil-laqgħa tal-kumitat tal-Ornis minħabba li kien hemm membri tal-FKNK, turi arroganza minn din l-istess għaqda.

Fil-passat, il-kumitat tal-Ornis kien qed ikun immexxi minn partner ta’ Birdlife Malta permezz ta’ kampanja mill-fondi tal-Unjoni Ewropea. L-għan ta’ dan il-kumitat hu li jingħata iktar għarfien dwar il-migrazzjoni tal-għasafar.