Il-kaċċaturi jieħdu sehem fi stħarriġ għall-Kummissjoni Ewropea

L-għaqda tal-Kaċċaturi San Ubertu qalet li l-membri tagħha ħadu sehem fi stħarriġ dwar il-kaċċa, li se jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea wara li lbieraħ ġie fi tmiemu l-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa għas-summien.
L-għaqda appellat lill-awtoritajiet sabiex jikkunsidraw mill-ġdid derogi oħra fil-ġejjieni għall-kaċċa fuq is-summien.
Fl-istess waqt irringrazzjat lill-awtoritajiet tal-infurzar u faħħret l-isforzi ta’ diversi kaċċaturi li kkollaboraw ma’ persuni li għandhom għal qalbhom l-għasafar.
Qalet li dan huwa importanti biex titneħħa l-impressjoni li l-kaċċaturi jisparaw bl-addoċċ fuq kull tajra li jaraw.
L-għaqda Kaċċaturi San Ubertu qalet li qed tibgħat ukoll ritratti ta' għasafar li ttieħdu minn kaċċaturi membri tagħha.
Ritratti: Bernard Farrugia, Marcus Camilleri, Dunskie Borg