Il-kaċċaturi jagħtu s-salut lill-patrun tagħhom San Ġiljan

Nhar il-Ħadd 31 t’Awissu, il-kaċċaturi se jagħtu salut lill-istatwa tal-Qaddis Patru tagħhom billi jisparaw skrataċċ in bjank.
Dan hekk kif jaħbat lejliet il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa u San Ġiljan huwa propju l-Qaddis Patrun tal-kaċċaturi.
Dan is-salut jattendu għalih il-kaċċaturi ta’ San Ġiljan u San Ġwann, iżda kull kaċċatur ieħor huwa mistieden jipparteċipa ukoll.
Wara s-Salut, bħas-sena l-oħra, ser jintelqu ammont ta' gamiem li jkunu trabbew fil-magħluq minn membri tal-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba u Konservazzjonisti, FKNK.
L-istaġun tal-kaċċa fil-ħarifa jiftaħ fl-1 ta’ Settembru sal-1 ta’ Jannar 2015.

Ritratt: FKNK