“Il-kaċċaturi għandhom igawdu r-rebbiegħa billi jgawdu d-delizzju”- Tal-IVA

Raprezentanti tal-kampanja IVA, Bħala Maltin u Ewropej matul il-ġurnata tal-festa ta’ San Ġużepp taw id-demm fiċ-ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardiamangia.
Huma qali li għażlu li ma jibbażawx il-kampanja tagħhom fuq botta w risposta, iżda jridu jmexxu kampanja pożittiva li hi bbażata fuq il-fatti.
Tal-IVA qalu wkoll li jemmnu f’bilanċ, fejn id-delizzji li jiġu pprattikati fil-kampanija Maltija jkunu jistgħu jibqgħu jiġu pprattikati mingħajr xkiel.
Sostnew li aħna l-Maltin ninsabu xxurtjati li għandna temp jippermetti sabiex il-kampanja titgawda kważi matul is-sena kollha u mhux fir-rebbiegħa biss.
Apparti minn hekk huma qalu li r-rebbiegħa mhijiex biss l-20 nofstanhari li huwa ż-żmien li fih tista ssir il-kaċċa.
Qalu li l-kaċċaturi huma wkoll parti mill-pubbliku u għalhekk għamndhom igawdu d-delizzju tagħhom huma wkoll fir-rebbiegħa.