Il-kaċċaturi b’fuljett jgħidilhom kif għandhom jikkaċċjaw b’mod sigur

Il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) nediet fuljett dwar is-sigurtà u l-istandards fil-kaċċa li se jingħata b’xejn lill-kaċċaturi kollha.
L-FKNK nediet dal-fuljett, "Sigurtà fil-Kaċċa" meta kienet qed tiftaħ il-Game & Country Expo fi tmiem il-ġimgħa.
Il-fuljett hu xogħol Federico Cusimano, li skont l-FKNK m’għandu bżonn ebda introduzjoni fiċ-ċrieki internazzjonali tal-kaċċa u l-insib.
Cusimano impjega l-għarfien mifrux tiegħu sabiex għaqqad dal-fuljett li jiggwida lill-kaċċatur biex iwettaq id-delizzju tiegħu f’ambjent sigur.
Il-President tal-FKNK, Josep Perici Calascione, qal li l-federazzjoni tħabrek sabiex iżżomm l-istandards tal-kaċċa f’Malta għoljin sabiex twassal il-messaġġ li dawn it-tradizzjonijiet soċjokulturali huma għodda importanti għall-konservazzjoni.
Ritratt: Arkivji