“Il-kaċċa illegali tkompli” – CABS

Iktar minn 93 apparat elettroniku li jattira l-għasafar instabu illegalment f’żewġ distretti.
Fi stqarrija, il-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) qal li l-kaċċaturi installaw mijiet ta’ apparati elettroniċi, fid-distretti tat-Tramuntana u l-Punent ta’ Malta, biex matul il-lejl titħarbat il-migrazzjoni tas-summien.
Kompliet tgħid li matul din ir-rebbiegħa, l-għadd ta’ dan l-apparat irdoppja meta mqabbel ma’ dawk misjuba fl-aħħar rebbiegħa.