Il-kaċċa illegali tasal quddiem il-Kummissjoni Ewropea

Għadd ta’ Membri tal-Parlament Ewropew qed jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu azzjoni fuq il-kaċċa illegali f’Malta.
Dan wara l-użu ta' metodi ta’ kaċċa illegali, fosthom l-użu ta’ apparat elettroniku li jiġġenera l-ħsejjes tal-għasafar u xbieki, u ksur tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-Għasafar f’Malta matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ta’ din is-sena.
Għaldaqstant, l-Ewroparlamentari ressqu t-tħassib tagħhom quddiem il-Kummissjoni Ewropea billi staqsew jekk il-Kummissjoni tikkunsidrax li l-kaċċa fir-rebbiegħa f’Malta għandhiex issir biss taħt kundizzjonijiet ta’ superviżjoni.
Barra minn hekk, staqsew ukoll x’miżuri qed tieħu l-Kummissjoni attwalment biex tassigura l-protezzjoni tal-għasafar li jpassu fuq Malta fil-perjodu migratorju.
Ritratt: Arkivji