“Il-kabinett kien infurmat” – Konrad Mizzi dwar il-ftehim mal-VGH

L-eks Ministru Konrad Mizzi nsista li l-kabinett kien involut f’kull stadju tal-proċess tat-trasferiment tat-tliet sptarijiet lill-Vitals Global Healthcare (VGH) u saħaq li ma kienx hu li ffirma l-ftehim għax lanqas biss kellu aċċess għalih.

“Il-Gvern għandu jippubblika l-MoU”

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għar-rapport kritiku ħafna tal-Awditur Ġenerali, id-deputat parlamentari stqarr li l-Gvern għandu jippubblika minnufih il-Memorandum of Understanding biex jitneħħa kull dubju, wara l-Awdituri Ġenerali fir-rapport tiegħu stqarr li ma ngħatax aċċess għal dan il-ftehim.

Skont Konrad Mizzi, il-Malta Enterprise kienet ippreżentat il-proġett maħsub fl-MOU lill-Ministeru għas-Saħħa. “Però konna spjegajna lill-Malta Enterprise li l-proposta li kienet iddiskutiet mal-investituri ma kinitx tagħmel sens fid-dawl tal-ħtiġiet tas-saħħa pubblika. Jien infurmat li l-investituri oriġinali kienu avżati b’dan bil-miktub mill-Malta Enterprise”, kompla jgħid Mizzi.

Mizzi qal li l-kabinett mhux talli kien infurmat f’kull stadju tal-proċess iżda approva kull kuntratt iffirmat.

F’rapport ippubblikat illum, l-Awditur Ġenerali esprima tħassib dwar MOU li kien ġie ffirmat fl-2014 bejn il-gvern u xi…

Posted by Konrad Mizzi on Tuesday, July 7, 2020