Aġġornata: Jinħeles mill-ħabs ir-raġel marid bil-kliewi

Ir-raġel marid bil-kliewi li kien qiegħed iservi sentenza l-ħabs, inħeles mill-ħabs temporanjament ftit tal-ħin wara li-Kabinett irrakkomanda l-ħelsien tiegħu.
Christopher Bartolo, ta 37 sena, kien qed iservi sentenza ta' ħames snin minħabba li f'April tal-2017, instab ħati li kien qed jittraffika d-droga.
X'ġara lbieraħ?
Il-Kabinett ilbieraħ ħa d-deċiżjoni li jirrakkomanda lill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, sabiex jingħata l-ħelsien mill-arrest temporanju pendenti tal-Appell ta’ Bartolo quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali. Dan kif Bartolo marad serjament bil-kliewi.
Il-parir tħabbar fi stqarrija fejn il-Kabinett qal li ġew ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċjali, partikolari għall-każ, u wara li l-Kabinett fittex parir mediku indipendenti.
Il-ħelsien mill-arrest temporanju, kompla l-Kabinett, se jkun suġġett għal diversi kondizzjonijiet, fosthom li Bartolo m’għandux joħroġ mir-residenza tiegħu sakemm jekk mhux għal ċertu ċirkostanzi partikolari.
Ritratt: Xarabank