Il-Kabinett japprova l-abbozz bl-emendi għal-liġi tad-divorzju

Il-Kabinett illum approva abbozz ta’ liġi li jemenda l-kundizzjonijiet meħtieġa għad-divorzju.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi Rosianne Cutajar se tressaq l-ewwel qari ta’ dan l-abbozz illejla quddiem il-Parlament. Ix-xogħol fuq l-abbozz ta’ liġi kien jirrikjedi impenn legali li analizza d-dettalji tal-liġi preżenti.

Stqarrija tal-Gvern maħruġa waranofsinhar tgħid li l-Gvern jinsab kommess li jibdel din il-liġi li daħlet fis-seħħ kważi 10 snin ilu. Il-Gvern assigura lin-nies li dan l-abbozz ineħħi kull xkiel legali sabiex jindirizza aħjar ir-realtaijiet tal-familji Maltin u Għawdxin.

Żied jgħid li, “L-abbozz se jnaqqas il-ħafna weġgħat u diffikultajiet li jinsabu fihom persuni f’din is-sitwazzjoni fosthom it-tfal, billi se jkun hemm tibdil fit-terminu ta’ żmien li wieħed irid jistenna sabiex ikun jista’ jikseb d-divorzju.”