Il-kabinett jaffaċċja investigazzjoni kriminali

DOI - Jason Borg

Read in English.

Il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jinsabu taħt investigazzjoni kriminali għall-użu mhux floku tal-fondi pubbliċi. Dan seħħ wara li investiagazzjoni li saret mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika fejn sab li erba’ Ministri wżaw il-fondi pubbliċi biex jiffinanzjaw il-profili personali tagħhom fuq Facbook.

Wara r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari nedew diversi paġni uffiċjali tal-Ministeru.

Din l-investigazzjoni saret wara li l-Kap Eżekuttiv tas-sit Lovin Malta Chris Pereġin għamel ilment mal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar il-possibilità li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kienu qed jużaw il-fondi pubbliċi biex jiffinanzjaw il-paġni personali tagħhom fuq Facebook minflok il-paġni uffiċjali tal-ministeri. L-Erbgħa s-sit ħarġet uffiċjalment l-aħbar li qed issir inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Doren Clarke.

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler sab li l-Ministru tal-Infrasstruttura Ian borg, il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio schembri u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna għamlu użu ħażin mill-fondi pubbliċi wara li ffinanzjaw posts fuq il-midja soċjali.

Ir-rizultat ta’ din l-investigazzjoni għadda għall-Uffiċċju Nazzjonali għall-Verifika (NAO) biex issir investigazzjoni aktar fid-dettall. Min-naħa tagħhom l-NAO għaddiet l-informazzjoni lill-Pulizija sabiex tkun tista’ twettaq investigazzjoni kriminali.