Il-kabinett Eġizzjan mistenni jiddiskuti l-kriżi fil-pajjiż

Il-kabinett Eġizzjan mistenni jiltaqa’ biex jiddiskuti l-kriżi fil-pajjiż, fejn mijiet ta’ persuni tilfu ħajjithom fil-protesti u l-irvellijiet li seħħew fil-jiem li għaddew.

Il-Prim Ministru iterim diġa mexxa ‘l quddiem proposta biex legalment jifred lill-aħwa Misilmin. L-aħwa Misilmin huma ammiraturi tal-eks President Mohammed Mursi u għalkemm il-Gvern interim qed jipprova jwaqqaf il-protesti favur l-eks President, aktar dimostranti mistennija jkomplu jipprotestaw fil-kapitali Kajr matul il-jum tal-lum.

Dan hekk kif l-aħwa Misilmin talbu għall-protesti kuljum wara li ttieħdu diversi miżuri kontra l-kampijiet tagħhom f’Kajr li ħallew mijiet ta’ persuni mejta fil-jum tal-Erbgħa. Protesti oħra fil-jum tal-Ġimgħa ħallew aktar minn 170 persuna oħra mejta.

Matul ilbieraħ, il-forzi tas-sigurtà rnexxilhom jeħilsu lil dawk li kienu miġbura fil-moskea u li baqgħu hemm minħabba s-sigurtà tagħhom stess.