Il-Juventus Club Cuore Bianconero f’attività għal persuni fil-bżonn

Il-Juventus Club Cuore Bianconero tal-Imrieħel organizza erbat’ijiem attivitajiet bejn is-16 u d-19 ta’ Marzu, bil-qliegħ kollu mar għal Puttinu Cares u t-tfal tas-Sależjani.

Matul dawn l-attivitajiet inġabret is-somma ta’ €1,260 li bihom se jiġu mgħejuna familji li t-tfal tagħhom isofru mill-kanċer kif ukoll grupp ta’ tfal mis-Sależjani li se jaqtgħu xewqithom u jmorru jaraw logħba tal-Juventus f’Turin bl-għajnuna tal-Juventus Club Cuore Bianconero.

Sa mit-twaqqif tiegħu, il-club organizza numru ta’ attivitajiet ta’ karita’ u hu kommess li jkompli jgħin lil dawk fil-bżonn b’attivitajiet simili matul is-sena.