Il-Junior Eurovision joħloq nostalġija f’Ira

Ftit sigħat ‘il bogħod mill-erbatax-il edizzjoni tal-Junior Eurovision li se jsir f’Malta, Ira Losco lbieraħ għamlet l-ewwel dehra tagħha mużikali wara t-twelid ta’ binha Harry.
Waqt attivita organizzata minn sit internazzjonali prominenti tal-Eurovision Ira kienet intervistata u reġgħet iltaqgħat mas-segwaċi tagħha Maltin u anke internazzjonali.
Aktar tard wara din l-attivita’ fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, Ira ddeskriviet il-Eurovision ta’ din is-sena bħala esperjenza li minnha setgħet titgħallem ħafna.
Apparti dan sellmet lil kantanti partikolari b’ħafna nostalġija.
Fost dawn Poli Genova tal-Bulgarija, Barei ta’ Spanja, Iveta tal-Armenja u Samra tal-Azerbaijgan.