Il-Jum Dinji tal-Għallliema m’għandhiex tkun okkażjoni simbolika – MUT

L-MUT qed tfakkar il-Jum Dinji tal-Għalliema, li din is-sena għandu t-tema ‘Empowering teachers, building sustainable societies’.
Il-President tal-MUT Kevin Bonello qal li l-Jum Dinji tal-Għallliema m’għandhiex tkun okkażjoni simbolika ta’ darba f’sena, iżda impenn li l-problemi li l-għalliema jaffaċċjaw kuljum jiġu megħluba. Issemmew numru ta’ każijiet, fosthom żieda fl-istudenti li ma jafux jitkellmu bil-Malti jew bl-Ingliż, bil-konsegwenza li qed jinħolqu bosta intoppi fil-klassi.
Din is-sena, l-Education International, li tagħha hija membru l-MUT, qed tagħmel referenza għall-Aġenda 2030 dwar is-sostenibbilità tal-miri għall-iżvilupp u r-rwol kruċjali tal-għalliema fl-implimentazzjoni tal-miri.
Il-unjin Maltija tal-Għalliema taqbel mal-għaqdiet internazzjonali li r-rwol tal-għalliema għandu jissaħħaħ billi jkollhom kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol, aktar riżorsi, awtonomija, ħelsien akkademiku, aktar fiduċja u ambjent li jħares is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.