Ludwig u Chiara f’kunċert f’Għawdex

Il-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu t-II (JP2), se tkun qed torganizza l-kunċert annwali tagħha tal-Epifanija nhar il-Ħamis li ġej.
Il-Kunċert tal-Epifanija ta’ Tmiem l-Istaġun se jkun fil-Knisja ta’ San Antonio ta’ Padova tal-Imġarr li tinsab fit-triq lejn l-Imġarr mill-Qala, u hi mmexxija mill-Patrijiet Franġiskani.
Fi stqarrija l-JP2 qalu li f’dal-kunċert min se jirrikorri se jisma’ repertorju differenti minn dak ipprezentat matul dan l-istaġun.
Il-kanzunetti li se jżewqu dan il-kunċert se jkunu interpretati mit-Tenur Ludwig Galea u l-kantanta Chiara Siracusa.
Is-serata, organizzata mill-Fondazzjoni JP2 b’ħidma mal-Kunsill Lokali t’Għajnsielem u l-patrijiet Franġiskani, tibda fis-7.30pm.