Il-Jihadisti jqaċċtu s-slaleb mill-knejjes tal-Iraq

100,000 nisrani bħalissa qed jaħarbu mill-ibliet fit-tramuntana tal-Iraq wara li matul il-lejl, il-membri tal-Jihad ħatfu ħafna mill-ibliet.
Tal-Jihad qaċċtu neħħew is-saleb mill-knejjes u anke ħarqu manuskritti antiki.  Il-patrijarka ta’ Kirkuk, Louis Sako, iddeskriva dan l-att bħala “diżastru umanitarju”.
L-ibliet li issa qegħdin f’idejn il-membri tal-Jihad huma: Qaraqosh, Tal Kayf, Bartella u Karamlesh, l-ibliet fejn jgħixu ħafna mill-insara Iraqqini.