Il-jeans issa sar dekorazzjoni fid-dar

Meta Levi Strauss ipproduċa l-jeans tad-denim lura fl-1873, probabbilment qatt ma kien jimmaġina li dawn l-istess qliezet tax-xogħol kienu se jispiċċaw użati fis-sufani u l-bjankerija tal-mejda.
Id-denim huwa materjal versatili u durabbli, kif ukoll għandu kulur kważi newtrali li jmur tajjeb ma' kuluri oħra u jżid element ta' interess fid-dar.
Id-disinjatriċi tad-djar Kellie Burke qalet li l-kuluri newtrali bħall-abjad u l-griż qed jonqsu mill-moda u minflok, id-disinjaturi qiegħdin jiffavorixxu sfumaturi differenti ta' blu fil-home décor. Fosthom issa hemm il-materjal tal-jeans.
B’hekk id-denim qed jintuża fl-imħaded, throws u anke twapet. Madankollu, Burke wissiet li l-jeans għandu jintuża biex jikkumplimenta kuluri oħra u b’hekk għandu jinżamm għal minimu.
Id-disinjatriċi Kirsten Floyd żiedet li d-denim dejjem baqa' moda, anke jekk inbidel ftit fi stili differenti.