Il-ħwienet se jerġgħu jiftħu fi New York fit-8 ta’ Ġunju

People wearing protective masks walk past closed shops on the the Coney Island boardwalk during the outbreak of coronavirus disease (COVID-19) in Brooklyn, New York, U.S., April 11, 2020. Picture taken April 11, 2020. REUTERS/Caitlin Ochs

Read in English.

Il-Gvernatur ta’ New York Andrew Cuomo ħabbar li New York jinsab fi stat tajjeb biex jgħaddi għall-ewwel fażi tal-ftuħ tan-negozji fit-8 ta’ Ġunju.

Dan qalu lbieraħ, hu u jħabbar li ħames reġjuni fi New York se jgħaddu għat-tieni fażi, li tinkludi l-ftuħ ta’ negozji bħall-barbiera u l-parrukkiera.

Fl-Istati Uniti mietu l-aktar nies bil-coronavirus madwar id-dinja, u New York hi l-aktar belt li fiha joqogħdu nies fi ħdan l-Istati Uniti.

Filwaqt li Cuomo spjega li l-ħwienet se jiftħu f’Ġunju, qal li dan ma jfissirx li kollox se jmur lura għan-normal.

Din l-ewwel fażi se tippermetti li jibdew mill-ġdid l-industriji tal-kostruzzjoni u l-manifattura mhux essenzjali, u anke ħwienet oħra mhux essenzjali. Permezz ta’ dan il-ftuħ, madwar 400,000 persuna fi New York mistennija tirritorna għax-xogħol. Cuomo assigura li t-trasport pubbliku se jkun wieħed sigur.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn