Il-ħsara fis-saff tal-ożonu tkompli tikber

Hovering_on_the_Horizon_-_NASA_Earth_Observatory

Is-saff tal-ożonu jinsab fl-agħar estensjoni tiegħu kemm bħala wisa’ kif ukoll bħala profondità. 

Dan sostnih il-Copernicus Climate Change Service (C3s), li huwa implimentat miċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet tat-Temp, tal-Kummissjoni Ewropea. Iċ-ċentru spjega li s-saff tal-ożonu jinsab fl-aktar livell kbir tal-aħħar snin. Saħansitra, fl-istratosfera fuq l-Antartika, minħabba kundizzjonijiet klimatiċi partikolari li għollew it-temperaturi b’medja ta’ 40 grad, is-saff jinsab kważi meqrud għal kollox.

Id-Direttur tal-Copernicus, Vincent-Henry Peuch spjega li l-mod kif jiżviluppaw il-bidliet fis-saff ivarjaw minn sena għall-oħra, u fil-preżent id-dimensjonijiet tiegħu huma fost l-akbar li qatt ġew osservati fl-aħħar 15-il sena.

Huwa żied jgħid li wara li fl-2019 is-saff kien ferm iżgħar mis-soltu, minħabba kundizzjonijiet metereoloġiċi speċjali, din is-sena l-problema reġgħet kibret, li jfisser li kien hemm bżonn ta’ infurzar ferm akbar tal-projbizzjoni fuq emissjonijiet li jeqirdu dan is-saff.