Il-ħożba u r-rubella eradikati minn Malta

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), iddikjarat li kemm il-ħożba kif ukoll il-ħożba Ġermaniża (rubella) ġew eradikati minn Malta.
Fi stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa, is-sena l-oħra 98% ta’ dawk li huma intitolati li jieħdu l-MMR (tilqima kontra ħożba, gattone u rubella), ħadu l-ewwel doża tat-tilqima, filwaqt li 94.3% ħadu t-tieni doża.
Mal-ħożba u r-rubell, ġew eliminati wkoll il-polio u diphtheria.
Reazzjoni Partit Nazzjonalista:
Fi stqarrija l-PN irringrazzja u faħħar lit-tobba xjentisti, infermiera u professjonisti oħra fil-qasam mediku li jispeċjalizzaw fit-tilqim.
Appella lil kull min hu obbligat li jieħu t-tilqim kontra dan il-mard li jittieħed, jibqa’ jagħmel dan.