Read in English.
Wara l-aħbar li l-eks Ministru Konrad Mizzi ngħata rwol ġdid f’istituzzjoni Ewropea, l-għaqda Repubblika qed tħeġġeġ lin-nies biex nhar l-Erbgħa jmorru l-Parlament fil-Belt Valletta b’sens ta’ protesta.
F’post fuq Facebook, l-għaqda qalet li l-honeymoon għall-Prim Ministru Robert Abela għadda. Qalu li l-PM qed jgħatti lil Konrad Mizzi u l-klikka ta’ Joseph Muscat u huma mhumiex lesti li jagħmlu l-istess bħalu.
Għaldaqstant l-Erbgħa li ġej fis-6pm se jkunu qed jgħidu lill-Gvern dak li jaħsbu dwar is-sitwazzjoni.
Matul dan ix-xahar, Repubblika sejħet Protesta Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar u fil-11 ta’ Jannar, il-ġurnata li fiha kienet għaddejja l-elezzjoni għal ħatra ta’ mexxej ġdid tal-Partit Laburista, l-istess għaqda ppreżentat il-manifest tagħha għal “repubblika ġdida” fil-laqgħa ġenerali straordinarja.