Ħondoq issir “Bajja ta’ Kwalità”

Il-Moviment Ħarsien Ħondoq esprima s-sodisfazzjon tiegħu li Ħondoq ingħatat ir-rikonoxximent ta’ “Bajja ta’ Kwalità”.
Intqal li din l-aħbar intlaqgħet tajjeb ħafna partikolarment minn dawk li ilhom jiġġieldu biex ma jħallux żvilupp isir f’dawn l-inħawi.
Dan ir-rikonoxximent huwa konferma oħra li ż-żona għandha tiġi protetta.
Il-Moviment Ħarsien Ħondoq qal li jittama li r-rapport tal-MEPA joħroġ mill-aktar fis sabiex b’hekk l-inħawi jkunu jistgħu jinbidlu f’Park Nazzjonali, mingħajr ebda żvilupp.