“Il-ħolma tiegħi hi li jkollna trakka” – Reuben lil The People of Malta

Facebook - The People of Malta

Reuben Mifsud qal li l-ħolma tiegħu hi li jkun hemm trakka għall-motorsport f’Malta. Dan qalu mal-paġna ta’ Facebook The People of Malta.

Mifsud qal li ħames snin ilu kellu incident bil-mutur u spiċċa pparalizzat. Weġġa’ meta kien qed jipprepara mutur biex isuq bih barra minn Malta. F’Malta kellu juża’ t-triq u ħabat f’crash barrier. Jemmen li l-inċident seta’ ġie evitat li kieku kien hemm trakka.

“Il-ħolma tiegħi hija li jkollna trakka, li fiha min hu dilettant tal-motorsport ikollu fejn jipprattika l-isport. Dak li ġara lili ma nixtiqux li jiġri lil ħaddieħor. Dak li ġara lili seta’ ġie evitat li kieku kellna trakka fejn insuq il-muturi racers. Nixtieq li nkomplu nikbru fil-go-karts u li jkollna tim professjonali bħal barra. Id-delizzju u x-xogħol żammewni attiv u determinat li nerġa’ nqum u ma nintelaqx,” qal Mifsud.

"5 snin ilu weġġajt bil-mutur u spiċċajt ipparalizzat. Jien dilettant kbir tal-motor sports. Bdejt minn ta’ 17-il sena…

Posted by The People of Malta on Friday, October 4, 2019

Tista’ taqra aktar intervisti ta’ The People of Malta mill-paġna ta’ Facebook tagħhom hawn.

Malta għadha bla trakka

Fl-2017, il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport qalet li trakka hi neċċesarja biex dan l-isport jiżviluppa u li hi bżonnjuża għall-għalliema tas-sewqan u għat-taħriġ tax-xufiera tal-karozzi tal-Pulizija, ambulanzi u vetturi tat-tifi tan-nar. Qalet ukoll li l-motorsports hu wieħed mill-aktar sport popolari f’Malta u li ġab suċċess.

Tal-Motorsport jaqblu u ma jaqblux mal-Kummissjoni Ambjent