Il-holders Liverpool megħluba minn Atletico

Liverpool li qed jiddefendu t-titlu taċ-Champions League qalgħu tbeżbiża wara li x-xutt ta’ Saul Niguez poġġa lil Atletico Madrid fuq quddiem fl-aggregade. It-tieni leg se tintlagħab ġewwa Anfield.

Liverpool daqu xi ftit il-morr meta Atletico għamlu l-għalmu tagħhom biex illimitawhom biss għal żewġ opportunitajiet ta’ gowl. Kienu Salah u Henderson li kellhom dan iċ-ċans iżda t-tnejn spiċċaw fallew milli jakkwistaw gowl għat-tim. Klopp serraħ lil Mane u Salah u daħħal minflokhom lil Origi u Oxlade-Chamberlain, iżda ħadd minnhom ma rnexxielu jħalli impatt.

Atletico li lagħbu darbtejn fil-finali żammew il-vantaġġ li kisbu erba’ minuti biss mill-ftuħ tal-logħba. Saul, il-midfielder Spanjol ġieh il-mument opportun u ma falliex milli jirnexxi.

Il-logħba mit-tieni leg se tkun nhar il-11 ta’ Marzu.

Riżultati oħra:

Borussia Dortmund 2-1 Paris Saint-Germain