Il-ħnieżer tal-Mellieħa qawwijin u sħaħ

Ħnieżer saħħithom bla ċippa razzett
Ritratt: Facebook - Animal Liberation Malta

Il-ħnieżer li nstabu l-Mellieħa jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena xahar ilu issa qegħdin f’post sigur, u mhumiex se jitbiċċru.

Dan qalitu l-NGO Animal Liberation Malta li kienet l-ewwel li ħabbret il-fortuna ħażina ta’ dawn il-35 ħanżir. Kelliema għal din l-NGO kienet qalet lil Newsbook.com.mt li jekk ma jiġux addottati sal-4 ta’ Settembru, kienu se jinqatlu. 

We just wanted to share some great news with you! Remember the adorable pigs? So we are thrilled to tell you that they…

Posted by Animal Liberation Malta on Tuesday, September 4, 2018

Dan wara li l-Gvern ħabbar li l-ħnieżer kienu b’saħħithom, iżda bla ċippa. 

L-ALM ħeġġet lin-nies biex jaddottaw lill-ħnieżer, u għadhom jistgħu jiġu addottati billi jsir kuntatt mar-Razzett Għammieri.