Il-ħnieżer Melliħin mhux għall-Għammieri

Ir-razzett tal-Għammieri mhux se jkun jista’ jieħu l-35 ħanżir tal-Mellieħa.

Dan wara li d-data ta’ skadenza biex jiġu addottati kienet nhar it-Tlieta li għadda, iżda l-ebda ħanżir ma ġie addottat.

Kelliema għal Time for Change qalet lil Newsbook.com.mt li l-proċess ta’ addozzjoni kien wieħed kumplikat, u dawk li kienu interessati li jaddottawhom bdew jaqtgħu qalbhom għaliex parti mill-proċess kienet li jridu jkellmu u jieħdu l-permess tas-sidien tal-ħnieżer fil-Mellieħa.

Hija wriet id-dispjaċir tagħha bis-sitwazzjoni, għaliex il-ħnieżer għadhom il-Mellieħa, u l-fatt li r-razzett tal-Għammieri issa ma jistax jeħodhom inaqqas mit-tama li hemm għal dawn il-ħnieżer.

Ġiet estiża d-data ta’ skadenza biex jiġu addottati, għalhekk il-pubbliku u s-santwarji tal-annimali huma mħeġġin biex jikkuntattjaw lil Animal Liberation Malta, lil Time For Change jew lis-Sur Joseph Buttigieg sabiex isalvaw ħajjet il-35 ħanżir.

UPDATE. Ghammeiri farm will not be able to take any pigs.We have been giving an extension date to save and try adopt…

Posted by Time For Change on Thursday, September 6, 2018