Il-ħnieżer għall-qatla qed jiġu addottati

Jidher li numru ta’ ħnieżer li nstabu fl-għelieqi fil-Mellieħa bla microchip qed jiġu addottati.

Hekk kitbu Animal Liberation Malta fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook. Madankollu, fadal xi ħnieżer li qed ifittxu dar. Fadal sal-4 ta’ Settembru qabel ma dawn jinqatlu. 

We are pleased to say that some of these beauties are in the process of being adopted, but the remaining ones are still…

Posted by Animal Liberation Malta on Monday, August 27, 2018

Daqs ġimgħatejn ilu, kienu ddeskrivew kif sabu 35 ħanżir f’għelieqi mingħajr m’huma rreġistrati, li skont il-liġi ta’ Malta, tfisser li għandhom jittieħdu għal qatla. Huma komplew jgħidu kif għalkemm xiħadd forsi jkun jista’ jtihom saqaf, il-liġi ta’ Malta tiddetta li la ħanżir ma żżommux biex tagħmlu ikel, tista’ żżomm biss sa tnejn. Huma appellaw sabiex il-ħnieżer jiġu addottati, u jidher li l-appell qed jaħdem. 

Kull min jixtieq jadotta ħanżir irid jikkuntattja lil veterinarju tal-biċċerija permezz ta’ imejl, jimla l-applikazzjoni li tintbagħtlu, imbagħad isirulu spezzjonijiet mill-veterinarji tal-biċċerija sabiex jiġi determinat li għandu post tajjeb biżżejjed fejn jgħajjex lill-ħanżir. Finalment, is-sid jiddeċiedi jekk iħallix lill-ħanżir jiġi addottat mill-persuna speċifika jew le.