Il-ħin tas-sajf jispiċċa nhar il-Ħadd li ġej

Read in English.

Il-ħin tas-sajf f’Malta se jispiċċa nhar il-Ħadd li ġej.

Il-Gvern avża lill-pubbliku li l-ħin tas-sajf se jispiċċa fit-3am tal-Ħadd, 25 t’Ottubru.

Il-bidla bejn il-ħin tas-sajf u l-ħin tax-xitwa se tintemm fl-2021 wara li dan kien ġie approvat fl-Unjoni Ewropea.

Skont l-abbozz ta’ liġi approvat mill-Membri tal-Parlament Ewropew b’410 voti favur, 192 kontra u 51 astensjoni, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li kienu ddeċidew li jżommu l-ħin tas-sajf tagħhom għandhom jagħmlu l-aħħar bidla tal-arloġġ tagħhom fl-aħħar Ħadd ta’ Marzu 2021. Dawk li jippreferu jżommu l-ħin tax-xitwa jistgħu jdawru l-arloġġi tagħhom għall-aħħar darba fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru 2021.