Il-Ħeżbollah jikkundanna lir-Renju Unit għax niżlu fil-lista tat-terroristi

REUTERS

Il-grupp Lebaniż tal-Ħeżbollah ikkundanna lill-Gvern Ingliż tad-deċiżjoni tiegħu li jniżżlu fuq lista ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi. Huma qalu li l-mossa turi “obbidjenza servili” lill-Istati Uniti, u li kienet “moviment ta’ reżistenza kontra l-okkupazzjoni ta’ Iżrael” u li kienet insult lin-nies Lebaniżi li jqisu l-Ħeżbollah bħala forza politika popolari.

L-Ingliżi min-naħa tagħhom qalu li l-pjan tagħhom hu li jagħmlu kull fazzjoni tal-grupp illegali minħabba l-influwenza tagħhom fil-Lvant Nofsani. L-Istati Uniti diġà jikkunsidraw lil Ħeżbollah bħala grupp terroristiku.