Il-Hephaestus isalpa wara li spiċċa fuq il-blat

Tamara Caruana

Il-bastiment Hephaestus jinsab fi triqtu lejn il-Port il-Kbir wara li fl-10 ta’ Frar li għadda spiċċa fuq il-blat fil-ponta tal-Qawra viċin il-bajja magħrufa bħala Ta’ Fra Ben wara maltempata qalila.

Ħaddiema ta’ Cassar Ship Repair kienu inkarigati b’operazzjoni delikata li damet sejra bosta xhur biex jimbuttaw il-vapur lura lejn il-baħar.

Għadu mhux ċert x’se jiġri mill-bastiment li kien jintuża għal bunkering. Huwa fih 60 metru u huwa reġistrat it-Togo.

Eluf ta’ turisti ħadu ritratti tal-Hephaestus tul ix-xhur li kien inkaljat.