Il-Helpline 111 b’assistenza minn servizz.gov

Christoph Schwaiger

Il-helpline tal-coronavirus 111 se jirċievi l-għajnuna mingħand servizz.gov.

Fi stqarrija, servizz.gov qal li wħud mir-rappreżentanti tiegħu se jkunu qed iwieġbu l-Helpline 111.

Fl-aħħar jiem ħafna persuni li kienu qed jippruvaw jaqbdu mal-linja tal-111 ma setgħux jagħmlu dan. Skont l-awtoritajiet dan għaliex kien hemm influss qawwi ta’ telefonati.

Skont l-istqarrija “l-pubbliku huwa mħeġġeġ jibqa’ jċempel Helpline 111 biss biex jistaqsi dwar xi sintomi li jista’ jkun qiegħed iħoss.”

Skont servizz.gov minħabba dan, l-istennija ta’ dawk li jċemplu l-helpline ġenerali tal-Gvern 153 jew iżuru wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov “tista’ tkun kemmxejn itwal mis-soltu.”

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn