Il-Headphones li jafu x’qed taħseb u jdoqqu l-mużika favorita tiegħek

Ġiet ivvintata app li taqra l-ħsibijiet u fl-istess ħin iddoqq il-kanzunetta adattata għal dak il-ħin.
Din mhix fantaxjenza imma esperiment tal-kumpanija Ġappuniża Meurowear li tipproduċi l-headphones tad-ditta “Mico”.
Dawn il-headphones għandhom sensor li kapaċi jaqbad is-sinjali trasmessi miċ-ċelloli tal-moħħ, jaqrahom u jikkonvertihom.
Ġaladarba l-headphones ikollhom dawn is-sinjali, l-app, li tkun installata fuq mobile li jaħdem b’iOS, taqleb din l-informazzjoni fi playlist mużikali skont il-burdata li jkollok dak il-ħin.