Il-ħaxix, ristoranti u sigaretti jgħollu l-ħajja f’Diċembru

L-inflazzjoni f’Diċembru, skont l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur, kienet ta’ 1.2% l-istess kif kienet bħala medja għall-2015 kollha kemm hi.
L-NSO qal li f’Diċembru tal-2014, l-istess rata ta’ inflazzjoni kienet tkejjel 0.4%.
Għal darb’oħra, anke f’Diċembru, il-prezzijiet għolew l-iktar minħabba prezz ogħla għall-ħaxix, is-servizzi fir-ristoranti u s-sigaretti waqt li raħsu bi ftit il-prezzijiet tal-fuels u tal-mowbajls.