“Il-ħatriet ta’ Deborah Schembri saru bil-moħbi” – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li ż-żewġ ħatriet tal-eks Segretarju Parlamentari Deborah Schembri bħala konsulenta legali tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Artijiet, jikkonfermaw kemm il-Gvern mhux qed iqassam il-ġid b’mod ġust.
Il-kelliem Nazzjonalista għall-Ippjanar tal-Iżvilupp Ryan Callus qal li l-fatt li dawn l-eluf ta’ ewro qed jingħataw lil Deborah Schembri, jweġġa’ lill-kumplament tal-poplu Malti.
Sostna li dawn il-konsulenzi ingħataw mingħajr konsultazzjoni mal-Bord tal-Gvernaturi tal-istess Awtorità u għalhekk minn taħt.