Il-Ħamrun, Ħal Qormi u l-Mosta se jsiru aktar ħodor

Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia qal li qed jieħu t-tranżizzjoni ħadra u ekoloġika ta’ Malta għal-livell li jmiss.

Huwa qal dan waqt li ħabbar tliet proġetti biex il-Ħamrun, Ħal Qormi, u l-Mosta jsiru aktar ħodor. Huwa mbassar li dawn it-tlett proġetti jiswew madwar €4 miljun. Dan se jkunu qed jitwettqu fi żmien qasir u f’żoni popolati u densi f’pajjiżna, u se jkunu qed idawwru uħud mit-toroq ewlenin ta’ pajjiżna.

Il-Ministru Farrugia ħabbar ukoll it-twaqqif ta’ GreenServ, diviżjoni fil-Wasteserv li biex twettaq proġetti infrastrutturali u ekoloġiċi. GreenServ se tkun qed tara li timplimenta proġetti ta’ tħaddir f’diversi ċentri urbani madwar Malta.

 Il-Ministru spjega kif il-gvern qed isaqqaf il-mini ta’ Santa Venera u għaddejjin studji ġeotekniċi dwar dan. Stqarr li dawn se jkunu essenzjali għall-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.

L-investiment fuq it-tliet proġetti se jkun qed jiġi provdut mill-Fond Soċjali u ta’ Żvilupp Nazzjonali (NDSF) u permezz tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP).