Il-Ħamas u Iżrael qed jiksru d-drittijiet tal-bniedem

L-Ogħla Kummissarju tan-Nazzjonijiet Magħquda saħaq li kemm il-Ħamas kif ukoll l-Iżraeljani qed jiksru d-drittijiet fundamentali tal-bniedem bl-attakki li qed isiru f’Gaża.
Qal li għemilhom jista’ jitqies bħala krimini tal-gwerra.
Fi kliem il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, Iżrael qed tikser id-drittijiet tal-bniedem sfaċċatament meta qed isiru attakki fuq djar residenzjali, skejjel u sptarijiet.
Qal li l-Istati Uniti nvestew miljuni kbar ta’ flus biex jiddefendu lill-Iżrael mir-rokits iżda ma sarx l-istess għall-Palestinjani.